l-idjomi jagħtu l-ħajja u jżejnu d-diskors u l-kitba, filwaqt li l-qwiel juruna l-għerf, id-dehen u l-għaqal ta’ missirijietnaLura
Qisek wiċċ Laskri
07.08.2017
Jisimni Jean-Paul. Bniedem aspru u biżbetku. Ħajti kollha ma nagħlaqx kxaxen bil-gdiedem li dendilt. Qomt u rqadt bil-bijambò. Ilni aktar minn tliet sekli u nofs taħt it-trab, iżda meta tkun bil-bajda mdawra wiċċi jkollok.