Dwarna

Wara li temm l-istudji tiegħu fl-2010, Reuben mar jaħdem Brussell bħala traduttur, reviżur u terminologu matul disaʼ snin fl-unità tat-traduzzjoni Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-2019 mar jaħdem il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bħala amministratur u għadu hemm sʼissa. Għandu Baċellerat fil-Franċiż u fl-Ingliż kif ukoll Maġisteru fit-Traduzzjoni, it-tnejn li huma mill-Università taʼ Malta. Jaf bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż u bl-Olandiż.

Audrienne hija lettriċi l-MCAST fl-Istitut għall-Arti Kreattiva. Għandha Baċellerat fid-Disinn Grafiku u l-Media Interattiva mill-MCAST, kif ukoll Master fl-Arti Diġitali mill-Università taʼ Malta. Fl-ewwel snin tal-proġett, Audrienne sawret l-identità viżwali taʼ Għidha bil-Malti u ħadet ħsieb tfassal l-element viżwali tal-posts bis-saħħa tat-tpinġijiet tagħha. Minħabba impenji personali, Audrienne mʼgħadhiex tieħu sehem fil-proġett.

Referenzi

Id-dizzjunarju Malti-Ingliż u Ingliż-Malti tal-Prof. Joseph Aquilina
Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni taʼ Ġużi Gatt
Qiegħda fil-Ponta taʼ Lsieni 2 taʼ Ġużi Gatt
Nikteb il-Malti Tajjeb taʼ Karl Scicluna
Inħaddem il-Malti Tajjeb taʼ Karl Scicluna, Saviour S. Agius u Chris Giordano
Il-Qawl Iqul taʼ Joseph S. Deʼ Conti Manduca u Ġorġ Mifsud
Idjomi Maltin taʼ Karm Fenech
Il-Malti tal-Idjomi taʼ Edmund Teuma
Bejn Kliem u Storja taʼ Martin Morana
Ara X'Int Tgħid taʼ Martin Morana
Biex il-Kliem Ikun Sew taʼ Martin Morana
Il-Kultura Maltija taʼ Fiona Mallia