qwiel u idjomi
l-idjomi jagħtu l-ħajja u jżejnu d-diskors u l-kitba, filwaqt li l-qwiel juruna l-għerf, id-dehen u l-għaqal ta’ missirijietnaL-aħjar ħut jgħum f’qiegħ il-baħar

Kull min jerfa’ abtu jsib xi jxomm

Kieku l-kliem kien ġawhar, is-skiet aħjar minnu

Isma’ bilfors u emmen jekk trid

Ix-xemx ma titgħattiex bl-għarbiel

Il-bews bħal-lewż, ma jxebbgħek qatt

Lil min jaħralek f’idek tistħix iċċappashulu ma’ wiċċu

Ir-raġel dejjem bandiera bajda

Bejn il-kliem u l-fatti, hemm raġel b’xiber mustaċċi

Borom żgħar għandhom widnejn kbar

Geddum se nieklu llejla

Għandu kuraġġ ta’ sur

Ġunju għall-għomma manju, fis-sodda jagħtina banju!

Ċafċaflu papru la sibt l-ilma

Xi mrewħa fik!

Mejju mirjieħ jaqleb il-wiċċ u l-qiegħ

Inkiss inkiss

Bassa daħqa u fiswa ġlieda

Meta tiġi iftħilha l-bieb

Ma toqgħodlux dubbiena bajda fuq imnieħru

Tmur bil-karozza ta’ San Franġisk

Aħjini llum u oqtolni għada

Kul u tpaxxa għax minn hawn għal ġol-kaxxa

Kiesaħ u biered

Naħqa ta’ ħmar qatt ma telgħet is-sema

Fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn

In-nuqqasijiet tal-missier jibqa’ jxandarhom it-trumbettier

Il-flus urihom id-dlam biex juruk id-dawl

Meta taqbiżlek!

Għal taħt il-lawlaw

Lewwen ħajtek (filmat)
Xita bil-qliel

Baqa’ jċejjaq

F’Marzu aqla’ mnieħrek u qartsu

L-arloġġ tiegħi darba jdoqq

Għandu t-tajjar f’widintu

Mingħajr xaħam ma tvarax

Kull ħmar iħobb jisma’ lil nnifsu jinħaq

Mur kakki maz-zizi

Flus ta’ Santa Liena

Wiċċ li jindara bix-xejn jinxtara

Fejn ma jersaqx id-dubbien ma jbejtux il-firien

Qabditu gagarella

Tħallix idek ix-xellugija tara dak li tagħmel il-leminija

Ix-xitan li jdoqq it-trumbetta jaqbad miegħek lambranzetta

Żmaċtu

Min jagħtik xewka, imbagħad jagħtik rizza

Lewwen ħajtek!

Qagħad fuq il-ġuna

Kif inhi qalbek?

Min jerfa’ qofftu mhux pastaż

Qisek wiċċ Laskri

L-għada li titrabba fiha l-kefen biss ineħħiha

B’mitt sena inkwiet ma tħallasx sena kera
