kont tafha?
termini bil-Malti b’rabta ma’ diversi suġġetti, fosthom in-natura, il-pjaneti, il-ġisem u x-xjenza LuraIż-żiemel (pl. żwiemel) hu r-raġel tad-debba (pl. dwieb). Il-frieħ jgħidulhom mohor (m.) u mohra (f.) u l-plural huwa mohrien. Iż-żiemel jiżher u jsul fuq saqajh ta' wara (jew jippinna). Meta jisfratta, jagħti biż-żewġ b'saqajh ta' wara u kultant jagħti bil-ħarta b'saqajh ta' quddiem. Iż-żiemel jilbes in-nagħal (s. nagħla u pl. ngħula). Il-ħoss li jagħmel meta jimxi jissajjaħ tqawqib u b'hekk, iż-żiemel iqawqeb.




