kont tafha?

termini bil-Malti b’rabta ma’ diversi suġġetti, fosthom in-natura, il-pjaneti, il-ġisem u x-xjenza
Lura

Iż-żgħar tal-annimali

07.08.2018

Serduq u tiġieġa jkollhom fellus. Qattus u qattusa jkollhom ferħ. Kelb u kelba jkollhom ġeru. Ħanżir u ħanżira jkollhom derfuġ. Ħmar u ħmara jkollhom felu. Żiemel u debba jkollhom mohor. Barri u baqra jkollhom għoġol. Fenek u fenka jkollhom żarmuġ. Muntun u nagħġa jkollhom ħaruf. Bodbod u mogħża jkollhom gidi. Ħamiemu u ħamiema jkollhom beċċun. Ċerv u ċerva jkollhom ċrejjev.

Pin It on Pinterest