<

In-newba

20.11.2017

Qabel kienu jgħidu n-newba tiegħi minflok it-"turn" tiegħi. Kienu jgħidu naħdem bin-newba minflok naħdem bix-shift. Mela qabel tgħid m’għandniex kelma bil-Malti, għid forsi din il-kelma rmejnieha bil-Malti. Kelma tant sabiħa. Tkun taf tnewweb jiġifieri tkun taf tagħmel kollox f'waqtu. Il-ful inewweb. Oġġett inewweb ma’ ieħor, jiġifieri darba jmiss wieħed u darba jmiss l-ieħor. Bħax-xemx li tnewweb max-xita. Bħax-xita li tiġi f’newbitha, u s-siġra li tagħmel f’newbitha. U ma ninsewx in-newba tal-iżmna, jiġifieri ċ-ċiklu tal-istaġuni. Newba tista’ wkoll tfisser "crop rotation".

Pin It on Pinterest