<

Il-ħanżir

17.04.2024

Xi ħniżrija taʼ post! 🐽 Il-ħanżir hu r-raġel tal-ħanżira. Il-frieħ jgħidulhom driefeġ u flimkien jagħmlu għalla driefeġ. Xagħar il-ħanżir jgħidulu lanżit u meta jagħmel ħoss iħamħam. Taʼ min jinnota li l-qażquż (hog) huwa ħanżir domestikat u mrobbi għall-qatla. Il-ħanżir selvaġġ bil-Malti huwa l-ħalluġ (wild boar) u l-faħal (boar) huwa l-ħanżir tal-għalla li jintuża għar-refgħa (għall-fertilizzazzjoni tal-ħanżira jiġifieri). Glossarju qasir: ħanżir = pig; ħanżira = sow; derfuġ = piglet; driefeġ = piglets; għalla = litter; lanżit = bristles; ħamħam = to grunt.

Pin It on Pinterest