<

Il-flejguta / il-fifra

07.06.2018

Għandna strumenti tradizzjonali Maltin li traġikament kważi ħadd m’għadu jdoqq. Il-flejguta, jew ġieli flejbuta, hija tip ta’ fifra magħmula mill-qasab, u tindaqq bħar-rikorder jew is-suffara tal-pluvieri (li jużaw il-kaċċaturi). Waqt li s-suffara tal-pluvieri jkollha toqba waħda biss, il-flejguta jkollha iżjed. It-toqob ivarjaw minn tlieta sa sitta. Meta wieħed idoqq, ngħidu li jirfes bis-swaba’ fuq il-flejguta. L-elementi tagħha huma dawn li ġejjin: il-minfes, l-ilsien, il-bejta, ix-xoffa, il-kannol, ir-rifsa (pl. rifsiet) u l-għaksa.

Pin It on Pinterest