"X'qalulek: Il-Malti fqir! X'għandek tgħidilhom: L-għarfien tiegħek tal-Malti huwa fqir, mhux il-Malti!" Kemm hu fqir il-Malti. ❌ M'hemmx kelma għal dik u l-oħra. ❌ L-għ bla sens. ❌ L-h żejda. ❌ Il-grammatika wisq diffiċli. ❌ Ir-regoli bla loġika. ❌ Kemm fih inkonsistenzi! ❌ Għaliex lingwa u mhux ilsien? ❌ Dak kollu li għadek ma tafx, li għadek ma fhimtx jew li sempliċement ma jinteressakx (għax l-iskop tal-kumment li ħallejt fuq Facebook kien purament biex taqla' xi ġiex likes u tħossok ivvalidat) kollu ser jidher diffiċli. Aqra u ifhem sewwa r-regoli ✅, fittex fid-dizzjunarju ✅, ħu interess u aġġorna ruħek ✅, aċċetta li l-lingwa għandha timxi maż-żmien ✅ u tara kif kollox isib postu f'moħħok.
Ara dawn ukoll…