<

Serendipità u żemblanità

23.06.2018

Il-ħila li b’xorti tajba tiskopri affarijiet sbieħ li ma tkunx qed tistenna nsejħulha serendipità u l-ħila li b’xorti ħażina tiskopri affarijiet koroh li ma tkunx tista’ tevita nsejħulha żemblanità. L-oriġini ta' dan il-kliem: "Serendip" huwa l-isem antik bil-Persjan tas-Sri Lanka, art fin-Nofsinhar li tirrappreżenta l-ħwawar u s-sħana. "Zembla" hija gżira fir-Russja, art fit-Tramuntana li tirrappreżenta l-vojt u l-kesħa.

Pin It on Pinterest