Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Posts
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugazzjoni tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • ismijiet Maltin
    • ismijiet tal-lokalitajiet
    • laqmijiet tan-numri tat-tombla
  • Servizzi u rati

kont taf?

Iż-żiemel

15 · 01 · 2025

Iż-żiemel (pl. żwiemel) hu r-raġel tad-debba (pl. dwieb). Il-frieħ jgħidulhom mohor (m.) u mohra (f.) u l-plural huwa mohrien. Iż-żiemel jiżher u jsul fuq saqajh ta' wara (jew jippinna). Meta jisfratta, jagħti biż-żewġ b'saqajh ta' wara u kultant jagħti bil-ħarta b'saqajh ta' quddiem. Iż-żiemel jilbes in-nagħal (s. nagħla u pl. ngħula). Il-ħoss li jagħmel meta jimxi jissajjaħ tqawqib u b'hekk, iż-żiemel iqawqeb.

Uża l-Malti aħjar.
Apprezzah. Kun kburi bih.

Dwarna   |   Kuntatt

© 2026

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

sponsorjat minn