Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Posts
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugazzjoni tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • ismijiet Maltin
    • ismijiet tal-lokalitajiet
    • laqmijiet tan-numri tat-tombla
  • Servizzi u rati

kont taf?

Iż-żgħar tal-annimali

07 · 08 · 2018

Serduq u tiġieġa jkollhom fellus. Qattus u qattusa jkollhom ferħ. Kelb u kelba jkollhom ġeru. Ħanżir u ħanżira jkollhom derfuġ. Ħmar u ħmara jkollhom felu. Żiemel u debba jkollhom mohor. Barri u baqra jkollhom għoġol. Fenek u fenka jkollhom żarmuġ. Muntun u nagħġa jkollhom ħaruf. Bodbod u mogħża jkollhom gidi. Ħamiemu u ħamiema jkollhom beċċun. Ċerv u ċerva jkollhom ċrejjev.

Uża l-Malti aħjar.
Apprezzah. Kun kburi bih.

Dwarna   |   Kuntatt

© 2026

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

sponsorjat minn