X'jisimhom il-ħrejjef bil-Malti? Darba waħda ... Ċiklemfusa libset żarbun tal-ħġieġ, Pinokkju gideb mhux ftit, iċ-ċkejkna Behemina twieldet minn fjura, is-Sbejħa Rieqda biesha l-prinċep, Nokklasafra daħlet f’dar l-orsijiet, Torsinella kellha xagħarha twila ħafna iżda Fenċelċen ukoll, Bajda Silġ għexet mas-seba’ nani, is-Sbejħa serqet qalb il-Mostru, Rożina salvat lin-nanna mil-lupu, Guliver żar ħafna postijiet, is-Sirena ż-Żgħira xtaqet par saqajn u s-Suldat tal-Landa kellu sieq waħda.
Ara dawn ukoll…