Għaliex ngħidulha l-ħarifa?
05 · 10 · 2017
Ħarifa ġejja mill-verb ħorof, li jfisser li għasfur iwaqqa’ rixu, li annimal jibdel il-pil jew li bniedem jaqagħlu xagħru. F'dan l-istaġun, is-siġar jinżgħu u allura joħorfu mill-weraq, biex jipproteġu rwieħhom mill-qilla tax-xitwa.

