Il-karozza minn barra
15 · 10 · 2026
Terminoloġija bʼrabta mal-karozza minn barra: il-mera, is-saqaf, il-windscreen, il-wajpers, il-bonit, il-bamper, il-pjanċa, il-fanal, it-tajer, ir-rimm, il-bieba, ir-rota, il-bagoll u t-tieqa.
Skont id-Deċiżjonijiet 2, il-kliem kompost (jiġifieri magħmul minn 2 kelmiet jew iżjed) għandu jitħalla bl-Ingliż. Għalhekk, għandna niktbu windscreen u mhux windskrin*. Rigward il-kliem li ġej mill-Ingliż, f'dan il-każ jista' jitħalla bl-Ingliż jew jinkiteb la Maltija. Jiena għażilt li niktbu la Maltija għal raġunijiet ta' konsistenza: il-kelma "rimm" tieħu l-plural "rimmijiet" u allura titqies magħġuna fil-lingwa u ma tistax tinkiteb "rim".
Ladarba kienet se tinħoloq inkonsistenza bejn "rimm" u l-bqija tal-kliem, ippreferejt nikteb kollox la Maltija.

