Nofsiegħa u nofs siegħa
10 · 09 · 2026
Nofs siegħa hija medda ta’ ħin ta’ 30 minuta, eż. Ilni nofs siegħa nistenniek, fejn bqajt? Iżda niktbu nofsiegħa biex nirreferu għal 12:30 ta’ filgħodu jew ta’ waranofsinhar, eż. Diġà n-nofsiegħa, se naslu tard!

