Xi verbi Maltin jieħdu s-suffiss -ixx- bħal issuġġerixxa, aggredixxa, stabbilixxa, eċċ. Ta' min jinnota li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan is-suffiss jaqa' fin-negattiv minħabba li l-aċċent jimxi fl-aħħar. Mela jiena ma nissuġġerix, mhux ma nissuġġerixxix*.