Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Rubriki
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugatur tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • ismijiet Maltin
    • l-ismijiet tal-lokalitajiet
    • in-numri tat-tombla
  • Servizzi

Aktar riżultati

għidha tajjeb

L-għarfien tiegħek tal-Malti huwa fqir, mhux il-Malti!

16 · 05 · 2024

"X’qalulek: Il-Malti fqir! X’għandek tgħidilhom: L-għarfien tiegħek tal-Malti huwa fqir, mhux il-Malti!" Kemm hu fqir il-Malti. M’hemmx kelma għal dik u l-oħra. L-għ bla sens. L-h żejda. Il-grammatika wisq diffiċli. Ir-regoli bla loġika. Kemm fih inkonsistenzi! Għaliex lingwa u mhux ilsien? Dak kollu li għadek ma tafx, li għadek ma fhimtx jew li sempliċement ma jinteressakx (għax l-iskop tal-kumment li ħallejt fuq Facebook kien purament biex taqla’ xi ġiex likes u tħossok ivvalidat) kollu ser jidher diffiċli. Aqra u ifhem sewwa r-regoli, fittex fid-dizzjunarju, ħu interess u aġġorna ruħek, aċċetta li l-lingwa għandha timxi maż-żmien u tara kif kollox isib postu f’moħħok.

għidha bil-malti

Dwarna   |   Kellimna   |   Servizzi

verb.mt   ·   qawl.mt   ·   idjoma.mt

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

© 2026

sponsorjat minn

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu logo