Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Rubriki
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugatur tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • ismijiet Maltin
    • l-ismijiet tal-lokalitajiet
    • in-numri tat-tombla
  • Servizzi

Aktar riżultati

għidha tajjeb

Ideat foloz

26 · 02 · 2024

L-aħħar darba qrajt kumment ta’ xi ħadd li beda jgħid li bil-Malti ngħidu "l-għodwa t-tajba" mhux "bonġu", għax dik ġejja mill-Franċiż. U għal li jista’ jkun biss ta, "l-għodwa t-tajba" waqgħet mis-sema? Minn imkien mhi ġejja? (Iva, ġejja mill-Għarbi!) Jeħtieġ li din il-mentalità magħluqa tieqaf darba għal dejjem, għax qiegħda tfaqqar il-Malti u tkompli ddgħajfu. Bħal min jiġi jgħidli nuża "lsien" flok "lingwa" - le, ma rridx, se nuża t-tnejn li huma għax it-tnejn perfettament tajbin u bil-Malti. Hemm ħafna problemi li l-Malti qed iħabbat wiċċu magħhom, ma nkomplux inżidu magħhom!

għidha bil-malti

Dwarna   |   Kellimna   |   Servizzi

verb.mt   ·   qawl.mt   ·   idjoma.mt

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

© 2026

sponsorjat minn

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu logo