Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Rubriki
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Riżorsi
    • ismijiet Maltin
    • l-ismijiet tal-lokalitajiet
    • in-numri tat-tombla
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugatur tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin

kont taf?

Dan x’ħoss hu?

05 · 04 · 2018

Festa ta’ onomatopea: iż-żiemel jiżher, it-tiġieġa tqaqi, il-qattus inewwaħ, il-baqra tgargar, il-ħanżir iħamħam, is-serp izekzek, iż-żrinġ itaqtaq, iż-żunżan iżanżan, il-mogħża twetwet, il-wiżża twaqwaq, il-pappagall inaqnaq, il-balena tkanta, il-ħmar jinħaq, il-kelb jinbaħ, il-papra tlaqlaq, il-ħamiem ibarqam, l-għasfur jgħanni, ix-xadina twerżaq, is-serduq jidden, il-werżieq iwerżaq, il-kokka twatwat, il-pespus ipespes, in-nagħġa tinbee u l-jena tidħaq. Interessanti li ħoss partikolari jista’ jsir minn ħafna annimali. Ngħidu aħna, id-dundjan, iċ-ċawla u l-qroqqa kollha kapaċi jlaqalqu, u s-summiena, il-bilbla, il-kalandra u t-tiġieġa kollha kapaċi jtaqtqu.

għidha bil-malti

Dwarna   |   Kellimna   |   Servizzi

verb.mt   ·   qawl.mt   ·   idjoma.mt

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

© 2026

sponsorjat minn

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu logo