Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Rubriki
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Riżorsi
    • ismijiet Maltin
    • l-ismijiet tal-lokalitajiet
    • in-numri tat-tombla
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugatur tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin

kont taf?

Iż-żiemel

15 · 01 · 2025

Iż-żiemel (pl. żwiemel) hu r-raġel tad-debba (pl. dwieb). Il-frieħ jgħidulhom mohor (m.) u mohra (f.) u l-plural huwa mohrien. Iż-żiemel jiżher u jsul fuq saqajh ta' wara (jew jippinna). Meta jisfratta, jagħti biż-żewġ b'saqajh ta' wara u kultant jagħti bil-ħarta b'saqajh ta' quddiem. Iż-żiemel jilbes in-nagħal (s. nagħla u pl. ngħula). Il-ħoss li jagħmel meta jimxi jissajjaħ tqawqib u b'hekk, iż-żiemel iqawqeb.

għidha bil-malti

Dwarna   |   Kellimna   |   Servizzi

verb.mt   ·   qawl.mt   ·   idjoma.mt

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

© 2026

sponsorjat minn

Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu logo