Għidha bil-Malti logo
  • Dwarna
  • Posts
    • kont taf?
    • għidha tajjeb
    • iktibha tajjeb
    • qwiel u idjomi
  • Referenzi
    • verb.mt | Konjugazzjoni tal-verbi
    • qawl.mt | Qwiel Maltin
    • idjoma.mt | Idjomi Maltin
    • ismijiet Maltin
    • ismijiet tal-lokalitajiet
    • laqmijiet tan-numri tat-tombla
  • Servizzi u rati

kont taf?

Dan x’ħoss hu? (2)

21 · 04 · 2024

Dan x'ħoss hu? 👀 Fuq talba, irriċiklajt post antik dwar il-ħsejjes tal-annimali 🐶, li kif tistgħu taraw għandhom element qawwi ta' onomatopea. 🦜 Annimal jista' jagħmel ħsejjes differenti skont is-sitwazzjoni, u għal xi ħsejjes kelli nagħżel varjant (tinbee/tinbeq) jew wieħed fuq ieħor (il-qattus iqarqar (to purr) iżda jnewwaħ bil-ġuħ, eċċ.). Tassew m'għandniex ħjiel ta' kemm il-Malti huwa għani. Il-balena tkanta, il-baqra tgargar, id-dundjan ilaqlaq, l-għasfur jgħanni, l-ħamiem ibarqam, il-ħanżir iħamħam, il-ħmar jinħaq, l-iljun jgħajjat, il-jena tidħaq, il-kelb jinbaħ, il-kokka twatwat, il-mogħża twetwet, in-nagħġa tinbee, il-pappagall inaqnaq, il-papra tlaqlaq, il-pespus ipespes, il-qattus iqarqar, is-serp izekzek, is-serduq jidden, it-tiġieġa tqaqi, il-werżieq iwerżaq, il-wiżża twaqwaq, ix-xadina twerżaq, iż-żiemel jiżher, iż-żrinġ itaqtaq u ż-żunżana żżanżan.

Uża l-Malti aħjar.
Apprezzah. Kun kburi bih.

Dwarna   |   Kuntatt

© 2026

Facebook —​​​​​ Instagram — TikTok — YouTube

sponsorjat minn