<

Ideat foloz

26.02.2024

L-aħħar darba qrajt kumment ta’ xi ħadd li beda jgħid li bil-Malti ngħidu "l-għodwa t-tajba" mhux "bonġu", għax dik ġejja mill-Franċiż. U għal li jista’ jkun biss ta, "l-għodwa t-tajba" waqgħet mis-sema? Minn imkien mhi ġejja? (Iva, ġejja mill-Għarbi!) Jeħtieġ li din il-mentalità magħluqa tieqaf darba għal dejjem, għax qiegħda tfaqqar il-Malti u tkompli ddgħajfu. 😞 Bħal min jiġi jgħidli nuża "lsien" flok "lingwa" - le, ma rridx, se nuża t-tnejn li huma għax it-tnejn perfettament tajbin u bil-Malti. ✅ Hemm ħafna problemi li l-Malti qed iħabbat wiċċu magħhom, ma nkomplux inżidu magħhom!

Pin It on Pinterest