<

Kewkba feġġa / feġġejja

10.08.2017

Għall-antiki, il-kewkba feġġa jew feġġejja (magħrufa wkoll bħala lsien tan-nar jew sejf tan-nar, bl-Ingliż "shooting star") kienet spirtu ħażin li joħroġ fid-deher. Jekk tikxef il-preżenza tiegħu, kienu jibżgħu li l-kewkba taqa’ fuq id-dinja u taħraqha. Għalhekk, lill-ispirtu kienu jgħidulu: "Nistrok biex tistorni sakemm tiġi l-mewt tiġborni". Verżjonijiet oħrajn jgħidu: "Ostorni ħa nostrok bħalma Alla satar lilna" u "Ostorni ħa nostrok bħalma satarna Alla l-imbierek".

Pin It on Pinterest