Bil-Malti għandna s-sħab tar-riħ (cirrus), dahar il-fekruna (altocumulus), ċluni (altostratus), għamiem (stratus), in-naqxa (cirrosumulus), ċlampu (cirrostratus), l-għerejjex (stratocumulus), ħajbur (cumulus), għamiem xitwi (nimbostratus) u ħajbur xitwi (cumulonimbus). Fil-fatt, il-meteoroloġija tuża dawn l-ismijiet bil-Latin għas-sħab: "stratus" ikun ċatt u wiesa’, "cumulus" ikun ħafif u minfux u "cirrus" ikun mislut, qisu kollu ħjut. Meta ngħidu "alto" nifhmu għoli u meta ngħidu "nimbus" nifhmu tax-xita.
Ara dawn ukoll…