Jekk fil-Halloween se tħabbatli l-bieb għall-ħelu jaqbillek tgħidli ħlewwa jew dnewwa (flok trick or treat) għax aqta’ x’nagħmillek! Xi ftit storja: il-qargħa ħamra mħaffra, jew Jack-o’-lantern, ġejja mill-ħrafa Ċeltika ta’ bidwi antipatku li kien il-ħin kollu jagħmel iċ-ċajt fuq ix-xitan. Ta’ dan, ix-xitan ġiegħlu jdur il-purgatorju b’biċċa faħam tikwi mill-infern. Jack ħaffer ġidra u qiegħed il-faħma ġo fiha, u użaha biex ruħu mitlufa ssib triqitha. L-Irlandiżi li marru l-Amerka ma sabux ġdur u nqdew bil-qara’ aħmar biex ikeċċu l-ispirti l-ħżiena.
Ara dawn ukoll…