għidha bil-Malti

Kliem interessanti


Korrett u bil-Malti

Noti dwar il-kitba

Tradizzjoni

Biċ-ċajt


għidha bil-Malti
għidha bil-Malti reuben audrienne degiorgio

Min aħna?

Aħna żewġ aħwa, Reuben u Audrienne Degiorgio. It-tnejn li aħna għandna għal qalbna l-ilsien Malti.Reuben joqgħod Brussell, u qatta' disa' snin jaħdem bħala traduttur mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Illum il-ġurnata jaħdem bħala amministratur il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Għandu BA (Unuri) fil-Franċiż u Master fit-Traduzzjoni, it-tnejn mill-Università ta' Malta.Audrienne toqgħod Malta, u hija lekċerer l-MCAST fl-Istitut għall-Arti Kreattiva. Għandha BA fid-Disinn Grafiku u l-Media Interattiva mill-MCAST, kif ukoll MA fl-Arti Diġitali mill-Università ta' Malta.

Fl-1 ta' Settembru 2017, ħareġ l-artiklu Saying it in Maltese: Siblings on a mission to make you say it right fuq The Malta Independent dwar Għidha bil-Malti.


Isma' mingħandna!

Inkiteb fil-lista biex tirċievi n-noti qosra tagħna u aġġornamenti interessanti oħra dwar l-ilsien Malti.Fl-ebda ċirkostanza ma ngħaddu l-email tiegħek lil xi parti terza.


Dikjarazzjoni ta’ privatezza

L-aħħar aġġornament: is-6 ta’ Frar 2022Dan is-sit web juża l-cookies u teknoloġiji simili. L-informazzjoni anonima li tinġabar tintuża biss biex tiġi analizzata l-imġiba tal-utenti fuq ghidhabilmalti.mt u jittejjeb il-kontenut tiegħu.X’inhi cookie?Cookie hija fajl żgħir magħmul minn ittri u numri li nżommu fuq il-brawżer jew il-hard drive tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies huma utli għal din is-sit għaliex bis-saħħa tagħhom inkunu nistgħu nosservaw diversi affarijiet, bħal ngħidu aħna kemm-il utent iżur dan is-sit kuljum, liema huma l-aktar elementi li jfittxu l-utenti, eċċ. Tista’ ssir taf aktar dwar il-cookies fuq allaboutcookies.org.X’inhuma l-cookies li nużaw?L-ewwel nett, il-cookies jistgħu jkunu jew cookies tas-sessjoni jew cookies persistenti. Fil-każ tal-cookies tas-sessjoni, l-apparat tal-utent ineħħi awtomatikament dawk il-cookies wara li jagħlaq il-brawżer. Min-naħa l-oħra, il-cookies persistenti jibqgħu fuq l-apparat tal-utent għal perjodu ta’ żmien stabbilit.It-tieni, hemm żewġ tipi ġenerali ta’ cookies: cookies tal-ewwel parti u cookies ta’ partijiet terzi. Il-cookies tal-ewwel parti jiġu servuti direttament minn dan is-sit web lejn l-apparat tal-utent; ġeneralment jintużaw biex jiftakru l-preferenzi u l-għażliet li jagħmel l-utent biex jippermetti l-ibbrawżjar tas-sit. Il-cookies ta’ partijiet terzi jiġu servuti minn fornitur ta’ servizz separat f’isem dan is-sit web; dawn jintużaw b’mod komuni għal skopijiet bħall-analitika tal-web jew ir-reklamar. Dan is-sit web juża kemm cookies tal-ewwel parti kif ukoll ta’ partijiet terzi.Il-cookies li jintużaw fuq is-sit web tagħna huma l-cookies strettament meħtieġa. Dawn il-cookies temporanji jdumu biss sakemm il-brawżer tal-utent ikun miftuħ, u jintużaw biex iħallu lill-utenti jibbrawżjaw is-sit web tagħna u jużaw il-karatteristiċi tiegħu.Analitika tal-WebAħna nużaw Piwik Pro biex nittraċċaw ix-xejriet ġenerali fl-użu tas-sit web tagħna. Piwik Pro jiġbor biss informazzjoni aggregata, li ma tħallina bl-ebda mod nidentifikaw xi utent fis-sit web tagħna. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur il-Piwik Pro Help Centre. Għażilna dan is-servizz b'attenzjoni kbira, peress li jirrispetta bis-sħiħ ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).Google Analytics huwa illegali fl-Unjoni Ewropea, u allura ma nużawhx.Kif tista’ tagħżel li ma tipparteċipaxIl-biċċa l-kbira tal-brawżers iħalluk tikkontrolla l-cookies permezz tas-settings tagħhom, u f'dak il-każ tista’ titfi l-cookies tagħna fis-settings tal-brawżer tiegħek. Tista’ tħassar ukoll cookies wara li jkunu tqiegħdu fuq l-apparat tiegħek. Jekk titfi jew tħassar il-cookies tagħna, xi partijiet tas-sit web li taċċessa jistgħu jieħdu aktar ħin biex jaħdmu, jew jistgħu ma jaħdmux kif suppost.